Dwarna

Aħna nħaddmu dan l-istazzjon tar-radju Kristjan fit-tradizzjoni Riformata, kommessi biex nigglorfikaw lil Alla billi fedelment inxandru l-fehma sħiħa tal-Iskrittura u l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. B’għeruqna fil-fidi Riformata storika, inżommu l-Istqarrija ta’ Fidi maħruġa f’Londra fl-1689, bil-konvinzjoni illi l-knisja hi komunità miġbura ta’ nies li jipprofessaw il-fidi.

Bil-ministeru tagħna nfittxu nservu kemm lill-knisja kif ukoll lin-nazzjon kollu permezz ta’ pritkar iffokat fuq Kristu, tagħlim bibliku san, qima riverenti, u programmi bi ħsieb u għaqal. Naffermaw l-awtorità suprema tal-Bibbja bħala l-Kelma ispirata u suffiċjenti t’Alla, is-salvazzjoni bil-grazzja biss permezz tal-fidi biss fi Kristu waħdu, u s-sejħa ta’ kull fidil biex jgħix taħt l-awtorità tal-Feddej f’kull qasam ta’ ħajtu.

Bix-xandiriet tagħna 24/7, qed nimmiraw illi nistruwixxu l-moħħ, insaħħnu l-qalb, u nsaħħu l-fidi. Il-ħsieb huwa illi l-fidili jkunu mqanqla għall-maturità spiritwali, filwaqt li bi mħabba u sensittività nippreżentaw il-vanġelu lil dawk li għadhom ma jafux lil Kristu. Xewqitna mhijiex illi nippromwovu l-personalitajiet tagħna jew il-moda ta’ żminijietna, iżda illi neżaltaw lis-Salvatur Ġesù, niddefendu l-verità biblika, u nservu l-knisja t’Alla. Fit-twettiq ta’ dan kollu rridu nafdaw fl-Ispirtu s-Santu biex jinqeda b’Kelmtu ħalli jġib ħajja, tama, u trasformazzjoni dejjiema.